Intervista ma' Jon Mallia tan-No Bling Show
No Bling Show huwa l-isem ta' grupp muzikali, hip-hop, ġdid b'lirika Maltija. Il-kontenut hu differenti mil-isterjotipi li jgib miegħu l-hip-hop u b'hekk tkellimna mal-front man, John Mallia biex niskopru aktar x'inhuma l-idejat tagħhom u kif inhuma għaddejin fix-xena lokali! 5/06/2009
M: X'wassalkom biex tiktbu lirika bil-Malti?
T: L-ewwel ħaġa kienet l-imħabba tiegħi lejn il-hip-hop u d-dispjaċir li jaqbadni meta nisma' ċertu nies jitkellmu fuq il-hip-hop b'ċertu disprezz għax mingħalijhom li l-hip-hop ifisser deheb, djamanti, qħab, bejgħ tad-drogi u minn dawn l-affarijiet, għax dak huwa l-messaġġ li qiegħed jagħti l-MTV. Ovjament hemm ħafna raġunijiet għala u huwa fl-interess tiegħu li jipropoga dawn l-idejat kapitalisti. Propjament il-hip-hop huwa leħen tat-triq u hwua leħen ta' din il-ġenerazzjoni. B'hekk assumejt (jista' jkun kont zbaljat) li forsi jekk nagħmnel il-lirika tiegħi bil-Malti, in-nies jifhmu l-potenzjal b'saħħtu li għandu l-hip-hop biex joħloq bidla, ċertu kuxjenza fuq affarijiet soċjali, ekonomiċiċi u politiċi li jnigzuna kolla u forsi jiftaħ għajnejn in-nies. Kien hemm ukoll il-fatt li sifirt ħafna biex ndoqq barra pero meta ezempju morna Franza, ma rajniex rapper jirrepja bl-Ingliz u fl-MTV ta' Franza biex tara diska bl-Ingliz wegħda! Fir-radju wkoll, ma tismax disiki bl-Ingliz. Fi Franza saħansitra hemm liġi li 75% tal-muzika li tindaqq trid tkun bil-Franċiz u l-25% l-oħra jintilfu allura l-muzika lokali ssir il-muzika popolari tal-pajjiz. F'dik is-sitwazzjoni ħassejtni traditur lejn Malta peres li jien kotn nitla' barra u nagħmel xgħoli mhux bil-lingwa tiegħi.
M: Peres li qed tagħmlu xi ħaġa pjuttost ġdida nimmaġina li qed ikollkom rispons sorprendenti mis-semmiegħa. Tista' tgħidilna kif qed ikun ir-rispons tas-semmiegħa tagħkom?
T: Ovjament, bħal kollox ma tistax tikkuntenta lil kullħadd. Hemm min ma kienx isegwini qabel u issa jgħid li qed jismgħani ġġifieri r-rispons qed ikun tajjeb u naħseb li dan ġej mill-fatt li bil-Malti stajt nesprimi ruħi ħafna aħjar. Ir-rispons mit-triq, zgħazaġħ li jiġu għal-ispettaklu u mill-pubbliku ġenerali qed ikun tajjeb ħafna. Min-naħa tar-radji hija frana u punt validu naħseb jien huwa (issa qed nitkellmu fuq Bay Radio u XFM) li dawn lit-tnejn urejna l-muzika tagħna, u tal-Bay Radio qalulna sfaċċatament li biex naqtgħu qiesna għax diski bil-Malti ma jdoqqux, u l-XFM meta kellimt il-manager qalli 'mhux se ndoqquwa d-diska'. U saqsejtu għala biex forsi nagħmel xi ħaġa biex nikkuntenthom u saqsejtu għala m'għoġbitux. Qalli 'le lili għoġbitni'! Għedtlu mela għala ma tridx iddoqqa?, qalli 'għax qatt ma daqqejna muzika bil-Malti'! Iġġifieri għax bil-Malti ma jridx idoqqha u dan ma kellu l-ebda kritika oħra. Grazzi għalijhom il-lingwa Maltija qed tiġi marġinalizzata. Xi ħaġa interessanti hi li z-zewġ statiosn managers tal-Bay u l-XFM huma tnejn barranin: Simon Lumsden u Donny Hughes u dawn qatt ma jistgħu jifhmu l-importanza tax-xogħol li qed nagħmlu aħna, tax-xogħol li qed jagħmlu l-Ixtruppaw u l-Brikkuni.
M: Iġġifieri taħseb li dawn il-mezzi tal-xandir qegħdin jiġu wisq influwenzati mill-kontenut ta' kumpaniji bħal-MTV?
T: Ċertament, nkunu qed nitnejku bina nfusna jekk ngħidu li dawn l-mezzi tax-xandir għandhom il-lejaltajiet tagħhom lejn l-artist Malti. Pero minn nies kolla li jdoqqu bir-rispett kollu, meta mmur gigs, il-Brikkuni nara jifqgħu post, l-Ixtruppaw nara jifqgħu post. Dawn l-istazzjonijiet jekk idoqqu diski bil-Malti, r-ratings tagħhom ħa jgħolew, għax in-nies li jisimgħu r-radju xorta ser jibqgħu jisimgħu r-radju, u dawn ħafna minnhom jkunu jew fil-karozza, jew ġo fabbrika, jew fil-ħanut, jew fl-uffiċċju, pero għal min imbagħad jiġiħ il-fatt li fir-radju jibda jkun hemm muzika tajba forsi jibda jixgħel ir-radju. Għal ħafna nies li nitkellem magħhom, ir-radju qas biss jagħtu kasu għax għal ħafna r-radju, huwa xi ħaġa blend li juzawa waqt li jkunu qed jagħmlu xi ħaġa oħra.
M: Għalkemm l-atmosfera live ta' dawn il-bands tkun dejjem iktar ħajja u vibranti, b'kuntatt dirett tal-folla mal-artisti, dawn il-bands xorta qed jibqgħu fil-livell ta' 'underground' kkumparati ma' bands oħrajn mainstream li jkollhom kunċerti kbar b'folol ikbar, iktar sponsors u iktar kapital. Mela x'inhu li jwaqqaf artisti lokali, b'lirika Maltija li jkunu wkoll popolari daqs l-oħrajn?
T: Aħna m'aħniex qegħdin nimmiraw li jisimgħuna ħafna nies, biss, biex ikunu semgħunu. Min irid jisma' muzika biex jomgħod jaf fejn isibha u fil-fatt qed ifittxuwha. Ikun sabiħh jekk inkunu nistgħu nolqtu udjenza ikbar, u forsi n-nies jibdew jifhmu l-punt tagħna naqa iktar. Aħna kellna rispons tajjeb mit-televizjoni għax kellna min stedinna, ezempju l-lejla ħa nkunu fuq Xarabank. The nut that is hard to crack hija r-radji, pero jien nemmen li l-perseveranza iktar minn talent u ċertament aktar minn sponsers, hija l-aktar ħaġa li tista' tmexxik 'il quddiem. Il-perseveranza ġġegħlni nistenbaħ kull filgħodu għax nies intelliġenti kien hawn u nies b'talent kbir kien hawn u m'għamlu xejn allura il-ħaġa li zzommok ħaj hija l-perseveranza.
M: Bħalissa fl-Ewropa l-problema tar-razzizmu qegħdha dejjem tizdied. Peres li l-hip-hop hija muzika li oriġinat minn Afro-Amerikani u peres li l-MTV qed jagħti impressjoni partikolari tal-hip-hop, dik ta' konsumizmu u ħela, taħseb li din qed izzid ir-razzizmu?
T: Ċertament huma qed ipinġulna stampa li l-Afor-Amerikani apppena jirnexxu, qed ikunu arroganti, qed ikunu ħalja, qed ikunu per ezempju niftakar nħares lejn ritratt ta' Puff Daddy b'coat tal-mink b'zewg fliexken tal-kristall u qed jarmijhom, meta fl-istess ħin għandu ħutu fl-Afrika li qed imutu bil-ġuħ. Jew dak id-deheb u dawk id-djamanti kolla ma sidirhom.... speċi ta' OW?! U dawn ħafna minnhom ikunu sofrewh il-faqar! U minħabba dan ir-rappers li qed jaspiraw ruħhhom mill-hip-hop, jaspiraw li jkunu bħalhom. Iġġifieri dawn qed jipproduċu katina twila ta' zibel li hija problema kbira. Jien naħseb li ġara hu li li l-muzika hip-hop infaqgħet, fl-aħħar tas-snin disgħin. Il-hip-hop beda mit-triq imbagħad meta ħareġ fil-mainstream il-labels għarfu l-potenzjal tiegħu, u dan mit-triq lettarlment beda jikber ħafna. U l-ħaġa hi li l-istess nies li jkollhom il-labels u d- distributions, jkollhom il-manufacturing plants jew iqsma fil-ħwejjeġ jew fil-karozzi etċ... huma qed ikomplu jdawru r-rota b'din it-tip ta' propoganda. Il-ħaġa hi li l-hip-hop hi muzika ipnotizzanti ħafna peres li hi muzika loopy, allura l-messaġġ tiegħek tista' tgħaddih vera tajjeb bijha. Meta l-kapitalista nduna bil-hip-hop beda juzah biex jimbotta dawn ir-riklami. Fl-aħħar minn l-aħħar dak it-tip ta' hip-hop hwua riklam għal ħajja kif jixtiequ huma.
M: Kif taħseb li hi t-tendenza tal-muzika lokali għall-futur, taħseb li l-underground ser jikber?
T: Jien nħoss li t-tendenza bħal dejjem hu li l-underground ser jerbaħ. Meta ezempju tieħu mill-Brikkuni kellhom 4-00 ġewwa u xi 300 ruħ barra ma jistgħux jidħlu, iġġifieri dawn il-bands bħal-Brikkuni għalkemm ma jindaqqilhomx id-diski fuq ir-radju dawn huma għaddejin b'saħħithom. Il-mainstream fl-aħħar minn l-aħħar ikkultiva ruħu mill-underground u mhxu ne1essarjemnt ħa nibnqgħu underground għal-dejjem. Ezempju 1ar ħana huwa l-hip-hop li beda' mit-triq u spiċċa fil-mainstream sew.
