Intervista mad-Deputat Segretarju Generali tal-General Workers Union: Gejtu Mercieca

in

Minn mindu beda l-mandat tal-gvern tal-Partit Nazzjonalista sena ilhu, saru hafna azzjonijiet mill-gvern li ifixklu l-organizazzjopnijiet tal-haddiema, l-gholi tal-hajja spara 'l-fuq u fuq kollox dhalna f'ricessjoni ekonomika minghajr ma ttiehud mizuri konkreti biex jigu ssalvagwardjati l-postijiet tax-xoghol. Biex niskopru aktar x'inhu jigri fil-qasam tax-xoghol u tal-organizazzjonijiet tal-haddiema tkellimna ma' Gejtu Mercieca, deputat, segretarju-generali tal-General Workers Union li hi l-akbar union f'Malta.
M: Minn wara l-kaz tal-Freeport, hareg b'mod car li hemm min qieghed jahdem kontra l-GWU bl-intensjoni li jkissirha billi jxekkel il-postijiet tax-xoghol fejn il-GWU ghandha hafna sahha. Dan rajnih bis-Sea Malta, bid-Dockyard u milhux rajna l-kaz tal-Freeport fejn l-assi tal-GWU gew ssekwestrati fuq azzjoni inudstrijali. Din ma saritx meta Unions ohrajn ghamlu azzjonijiet industrijali akbar bhal ma kienu ghamlu l-UHM fl-1996. L-iskuza kienet ghax bhalissa ghaddejin minn perjodu ekonomikament difficli izda fl-istess hin kien hemm azzjonijiet industrijali ohrajn minn unions ohra u dawn wkoll ma ssekwestrawlhomx l-assi. Appartti minn hekk il-mezzi tal-kommunikazzjoni tal-lemin qas indenjaw ruhhomn jiddiskutu r-raguni ghala l-azzjoni industrijali sehhet fl-ewwel post bhal li kieku l-haddiema m'ghandhomx x'jaqsmu f'dan il-kaz. Minn dawn il-fatti johrog car li hemm min qed jahdem kontra l-GWU b'certu makkakerija. Int x'tahseb rigward dan il-fatt?

 

T: Dak kollu li esprimejt int huwa kollu minnu. Ma hemm gdid f'dak li jsirkontra l-GWU, xi haga li kemm ilha tezisti l-fazzjonijiet tal-Lemin li l-interess taghhom hu l-profitti u aktar profit ghas-skapitu tal-kundizzjonijiet u livell ta' ghejxien tal-haddiema. Il-GWU ilha tiffaccja strategiji orkestrati minn diversi nies li ghal skop taghhom iridu jghalqu halq il-GWU tant li meta taghmel xi haga dawn dlonk johorgu jikkundannawha. Apparti dan, infakkru li lill-GWU hadulha lill-Cargo Handling minn taht il-kontroll taghha bl-iskuza li kienet qed topera f'monopolju biex imbaghad tawha lill-privat u holqu monopolju iehor. Il-Cargo Handling kienet sors ta' sostenn finanzjarju ghall-GWU u meta ghamlu hekk kellhom l-ghan li jattakkaw il-finanzi tal-GWU sabiex idghajfuha. Id-demokrazija fiha hafna ucuh u wahda minnhom hi li jekk ma taghmilx li jrid il-Gvern jaghmel minn kollox that forma legali biex jeqirdek b'kull mezz bil-participazzjoni tal-awtoritajiet.

 

 

M: L-ghadu tal-haddiema huwa s-setterjanizmu. Tahseb li l-MDU wettqetsetterjanizmu u mibgheda bejn gruppi differenti ta haddiema?

 

T: Certament li iktar ma' l-unions ikunu maghqudin iktar igawdu l-haddiema u l-familji taghhom. Fil-kaz tat-tariffi tad-dawl u l-ilma 11-il union fosthom il-GWU baqghu sa l-ahhar flimkien f'din il-kwistjoni. Il-GWU temmen li l-unions ghandhom ikomplu jahdmu flimkien fuq dawk l-issues li m'ghandhomx jifirduhom bhal perezempju s-sahha u s-sigurta tal-haddiema fuq il-postijiet tax-xoghol, djalogu socjali, work-life balance, flexicurity, l-ambjent green jobs u ohrajn.

 

 

M: Meta l-gvern gholla it-tariffi tad-dawl, kwazi l-unions kolla dahlu fi front flimkien biex jipperswadwu l-gvern biex ibiddilhom. Kemm dan il-front gab aktar solidarjeta bejn il-haddiema u l-unjons lokali?

 

T: Certament li iktar ma' l-unions ikunu maghqudin iktar igawdu l-haddiema u l-familji taghhom. Fil-kaz tat-tariffi tad-dawl u l-ilma 11-il union fosthom il-GWU baqghu sa l-ahhar flimkien f'din il-kwistjoni. Il-GWU temmen li l-unions ghandhom ikomplu jahdmu flimkien fuq dawk l-issues li m'ghandhomx jifirduhom bhal perezempju s-sahha u s-sigurta tal-haddiema fuq il-postijiet tax-xoghol, djalogu socjali, work-life balance, flexicurity, l-ambjent green jobs u ohrajn.

 

 

M: Fl-istorja ricenti taghkom, kellkom kunflitti differenti ma diversi individwi qalb il-Union taghkom stess. Il-GWU hija wahda mill-akbar unnions tad-dinja proporzjonalment, meta tikkumpara ir-ratio tal-haddiema u kemm minnhom huma membri f'union. B'hekk huwa ovja li f'union kbira bhal mhi taghkom, ha jkollkom hafna membri differenti b'idejat diversi. X'inhi taghmel bhalissa il-GWU biex tkun inklussiva mall-haddiema kolla?

 

T: Il-GWU illum hi aktar miftuha u il-fatt li taghti spazzju anki fil-bini taghha lill-ghaqdiet diversi bi ideat varji taghhom hi xi haga li nemmnu li ghin fl-izviluypp tal-haddiema. Il-kultura li l-union huma biss hemm biex jaghmlu ftihem kollettivi trid tinbidel u bhala organizazzjoni trejdunjunistika kbira trid tkompli titkellem fuq dak kollu li jolqot il-poplu, bhall-ambjent, is-sahha, l-edukazzjoni, ix-xoghol, il-livell ta'hajja dicenti, harsien tas-sahha u sigurta`. Il-GWU kienet l-unika trejdunjin li harget policy paper fuq l-immigranti irregolari fejn fiha telenka l-bzonn li dawn il-haddiema ma jigux abbuzati ghal skapitu tal-haddiema Maltin. Issa ser tahdem ukoll fl-interess tal-gays billi ukoll bl-ghajnuna ta' persuni mill-ghaqdiet taghhom ix-xhur li gejjin taghmel policy paper u anki konferenza.

 

 

M:  Il-GWU kellha l-maggoranza tal-membri taghha, haddiema fis-settur tal-manifattura. B'permess tal-globalizazzjoni l-ekonomija Maltija qieghdha tibbaza ruhha aktar fuq is-servizzi milli fuq il-manifattura. Kif effetwat din il-bidla lill-GWU u kif affetwat l-azzjonijiet industrijali?

T: Minghajr dubju, it-tibdil fl-ekonomija Maltija qed jirrifletti ruhu wkoll fil-membership tal-GWU. Kien ghalhekk li l-GWU dejjem taggorna u tirristruttura it-taqsimiet sabiex ikunu jirriflettu wkoll il-bidliet fl-ekonomija ta' pajjizna. Il-vizjoni l-gdida tal-GWU giet imfassla biex tissodisfa dan it-tibdil li qed isehh fis-suq tax-xoghol u l-ekonomija ghax b'hekk inkunu aktar attraenti ghal membri potenzjali. Ghalkemm il-valuri bazici tal-GWU jibqghu l-istess, il-GWU taf tadatta ruha ghal kull sitwazzjoni u skond iz-zminijiet. L-azzjonijiet industrijali ghal GWU jibqghu parti mill-hajja industrijali, izda zgur li fil-maggorparti tax-xoghol taghha hija tidhol f'diskussjonijiet serji u tirrisolvi hafna mid-diffikultajiet li l-ufficjali jiltaqghu maghhom madwar il-mejda. Nista nghid li huma ftit l-okkazjonijiet li tiehu azzjonijiet industrijali.

 

 

M: Illum il-gurnata hafna zghazagh huma aljenati minn x'inhu jigri madwarhom b'permess tal-kultura konsumista li qabdet l-gheruq taghha fis-socjeta taghna. Tant hu hekk li l-unika raguni li hafna zghazagh ma jidhlux f'union hi l-mizata fix-xahar. X'tahseb li ghandu jsir biex issehh aktar kuxjenza qalb iz-zghazagh li l-unions huma neccessarji ghad-drittijiet taghhom u tal-haddiema kolla?

 

T:  Il-parir tieghi dejjem kien li int tinxurja mhux wara li jigri l-incident izda qabel. Jekk biex haddiem jifranka ftit euro jahseb li b'hekk qieghed jirbah, allura nghidlu li qieghed jara biss sal-ponta ta' mniehru. Wahda mill-problemi taz-zghazagh hi li dawn kibru f'kultura ta' egoizmu u individwalizmu. Kienet il-GWU li matul is-snin gabet l-ahjar kundizzjonijet u gholiet il-livell ta' ghejxien tal-haddiema u l-familji taghhom. Irridu nghidu ukoll li f'dawn l-ahhar ghoxrin sena b'politika ta' liberalizmu u ta' feel good factor dahhal f'hafna haddiema li dak li kellhom gie grazzi tal-Gvern u allura m'ghandhomx bzonn l-ebda union sabiex tharishom. Kien hemm zmien meta bosta kienu jemmnu li l-unions tilfu hafna mill-funzjoni taghhom fid-dinja tal-lum. Hafna kienu jahsbu li tibdil firr-rwol manigerjali minn Personnel Manager ghal Human Resources Manager kien se jdghajjef lill-unions tant li dawn ma jibqghux bzonnjuzi aktar. Bir-ricessjoni ekonomika u l-krizi finanzjarja li laqtu lid-dinja qed jidher iktar car kemm hi importanti s-solidarjeta bejn il-haddiema u li l-haddiem wahdu ma jista jaghmel xejn u li haddiem li ma jkunx f'union ma hux protett. Hu billi jkun hemm edukazzjoni fuq il-htiega tal-unions u li dawn jghinuhom jieqfu ghad-drittijiet taghhom. Dan ghandu jsir kemm fl-Universita, fl-MCAST u kull post minfejn iz-zghazagh johorgu ghad-dinja tax-xoghol li tkun xokk ghalihom ghaliex ma jkollhom l-ebda preparazzjoni ghal dak li jsibu.

 

 

M: Aktar ma jghaddi z-zmien aktar qieghdin naraw partit Laburista jxeqleb lejn il-lemin u aktar mbieghed mill-GWU. Il-moviment tal-haddiema m'ghadux jezizti u l-GWU qieghda taghmel allejanzi ma gruppi u unjons ohra li qabel qas biss kienet tikkonsdiraghhom. Inti x'tikkummenta fuq dan it-tibdil drastiku li qiegehd issehh fix-xena tar-relazzjonijiet industrijali?

 

T: Il-GWU hi fil-moviment tal-haddiema ma tista tkun fl-ebda movement iehor. Il-maggoranza tal-unions internazzjonali huma xellugin u l-GWU hi parti mill-ghaqdiet internazzjonali tal-Unions. Qeghda hemm ghaliex ghandha l-istess politika u temmen li l-kapitalizmu u politika ta' neo liberalizmu mhux fl-interess tal-haddiema daqs kemm hu fl-interess ta' dawk li jhaddmu. Il-haddiem biex rebah dak li ghandu fil-maggorparti kienu grazzi ghall-unions u partiti li dejjem hadnu politika socjali. Bizzejjed li wiehed jara anki f'pajjizna minn holoq ix-xibka socjali biex dak li l-inqas li jiflah isib dejjem l-istat jghinu. Biss xorta irridu li llum iktar milli nitkellmu fuq ideologiji, inkunu aktar pro attivi meta nfittxu li nahdmu ghal dak li jghaqqadna fl-ahjar interess tal-haddiema u l-familja taghhom u tal-pajjiz, milli dak li jifridna. Il-GWU dak li qed taghmel ma' l-unions li vera jemmnu li l-haddiem jigi l-ewwel.